Ġeografija u Storja

​It-territorju preżenti tiegħu jestendi mill-baħar fit-tarf tal-lvant tar-Ramla Baly, sa Wied ir-Ramla, sa Ta’ Xhajma, sa dak il-Ġebel l-Aħmar, taħt it-tul kollu tan-naħa t’isfel tan-Nadur, sa Ta. ‘ Grunju, sat-triq Qala-Nadur, ‘l isfel tul il-wied kollu ta’ Daħlet Qorrot, u jinżel sal-baħar f’Daħlet Qorrot.