Manutenzjoni

AKTAR TOROQ RURALI B’WIĊĊ ĠDID FIN-NADUR TRIQ WIED RIĦAN U TRIQ IRDUM TA’ VNUTA

B’fondi Ewropej taħt il-Miżura 4.3, il-Kunsill Lokali tan-Nadur seta’ jagħti wiċċ ġdid lil żewġ toroq oħra rurali fin-Nadur. Issa, kemm Wied Riħan u anke l-Irdum ta’ Vnuta huma ferm aktar aċċessibli, jagħtu dehra ferm aħjar lil dawn iż-żoni pittoreski, u jagħmluha aktar faċli għall-bdiewa u dawk li jżuru l-post. Improved accessibility at two other rural roads, Riħan Valley and Irdum ta’ Vnuta, grazzi għall-Fondi tal-UE taħt Miżura 4.3.